Uffiċjali għolja tal-Kummissjoni Ewropea jinsabu f’Malta u dalgħodu kellhom laqgħat mad-Deputat Prim Ministru, Louis Grech u s-Segretarju Parlamentari, Ian Borg.
Dawn huma s-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, Alexander Italianer u l-Kap tal-Kabinett tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Martin Selmayr. Fost it-temi fuq l-aġenda hemm il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li Malta tassumi fil-bidu tas-sena d-dieħla u li t-tħejjijiet għaliha jinsabu fl-aqwa tagħhom.