L-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Brażil ordnaw l-arrest tal-ogħla uffiċjali pubbliċi wara l-irvellijiet ta’ nhar il-Ħadd li għadda f’binjiet ewlenin tal-gvern fil-kapitali Brasilia.
Rapporti fil-midja Brażiljana qed jgħidu li fost l-arrestati hemm l-eks kmandanta tal-pulizija militari fik ukoll l-eks kap tas-sigurtà pubblika ta’ Brasilia, Anderson Torres. Huwa ċaħad kull involviment tiegħu fl-irvellijiet.
Intant, il-kmandant tal-pulizija, il-Kurunell Fabio Augusto tkeċċa wara li partitarji tal-eks President Jair Bolsonaro daħlu fil-Kungress, il-palazz presidenzjalu u l-Qorti Suprema.
Dawn l-irvellijiet seħħew ġimgħa wata li l-President Luiz Inácio Lula da Silva, magħruf bħala Lula, ħa l-ġurament tal-ħatra.
Ritratt: TON MOLINA / AFP