Minkejja l-ikbar telfa elettorali fl-istorja politika riċenti ta’ pajjiżna, il-Partit Nazzjonlista ikkonferma li mhux interessat li jagħmel rapport tat-telfa.
Kelliem tal-Partit Nazzjonalista qal ma’ The Malta Independent, li m’hemmx bżonn li l-Partit jagħmel rapport kull darba li jitlef elezzjoni ġenerali.
Dan minkejja li l-Partit Nazzjonalista, li kien tilef b’35,107 vot fl-2013 kompla jfalli u jkabbar id-distakk fl-elezzjoni tal-2017, b’ differenza ta’ 35,280 vot mill-Partit Laburista.
L-istess gazzetta irrappurtat kif, qabel din il-konferma, Simon Busuttil kien diġa għamilha ċara li kien determinat li mhemmx bżonn ta’ rapport tat-telfa għaliex il-Partit kien diġa identifika liem żbalji saru fl-aħħar kampanja elettorali.
Għalkemm għal uħud din id-deċiżjonijiet ma kinitx sorpriża, fid-dawl li l-aħħar rapport li sar tħalla fuq l-ixkaffa