Uffiċjal tat-Transport Malta ġie aggredit waqt il-qadi ta’ dmirijietu fil-Mosta.
Dan intqal f’kitba fuq il-midja soċjali mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Chris Bonett.
Il-Ministru Bonett qal li filwaqt li jikkundanna bla riżervi dan l-aġir, hu jixtieq juru s-solidarjetà mal-uffiċjal konċernat u sellem lill-uffiċjali tal-infurzar kollha li ta’ kuljum – xemx u xita, kesħa u sħana – jaħdmu biex jinżamm il-bon ordni fit-toroq ta’ pajjiżna.
Dr Bonett sostna li dawn il-ħaddiema jassiguraw il-ħarsien tar-regolamenti tat-traffiku biex ikoll ikollna iktar sigurtà u serħan il-moħħ.
Huwa tenna li m’għandhomx xogħol faċli u appella għall-koperazzjoni ta’ kulħadd.
Il-Ministru Chris Bonett temm jgħid li jittama li ma jerġax jisma’ b’każijiet bħal dan tal-lum.