L-uffiċjal tal-Pulizija PC 2315 L. Agius salvat qanfud li kien maqbud fis-sistema tad-drenaġġ tal-ilma ta’ residenza.
Fuq Facebook, il-Pulizija qasmu l-istorja mal-pubbliku, fejn spjegaw li lbieraħ, l-uffiċjal irnexxielha ssalva l-qanfud, li ngħata l-isem “Ġanni”, tagħtu l-ilma, u rrilaxxatu fl-ambjent aktar adattat għalih.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija rrimarkaw kif l-uffiċjali fi ħdan il-Korp mhux biss qed jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies, imma anki tal-annimali u l-ambjent ta’ madwarna.