Uffiċjal tal-pulizija inqatel u ieħor weġġa’ f’attakk b’sikkina fi Brussell.
Iż-żewġ uffiċjali ttieħdu l-isptar wara li ġew attakkati qrib l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Brussell North il-Ħamis filgħaxija.
Il-midja barranija qed tirraporta li l-aggressur miet ukoll l-isptar wara li l-pulizija sparawlu f’riġlejh u f’żaqqu biex iwaqqfuh milli jkompli b’din l-aggressjoni.
Il-mottiv wara dan l-attakk għadu mhux magħruf iżda uffiċjali kontra t-terroriżmu ħadu l-investigazzjonijiet f’idejhom.
Fi tweet il-Prim Ministru tal-Belġju ta l-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb tal-pulizija li sfortunatament miet waqt dan l-attakk u qal li l-pulizija qegħdin jirriskjaw ħajjithom kuljum biex jiżguraw is-sigurtà taċ-ċittadini.