Uffiċjal tal-LESA ta’ 48 sena u li toqgħod Ħal Tarxien weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ dalgħodu fi Triq Rue D’Argens, l-Imsida.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn mutur tas-servizz tal-LESA misjuq mill-mara u Opel Astra misjuqa minn Taljan ta’ 58 sena.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.