Uffiċjal tal-Komunità ddaħħal l-Isptar għall-kura wara li l-Erbgħa waranofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku waqt li kien qed isuq mutur tas-servizz.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina Ħal-Qormi meta għal xi raġuni karozza tat-tip Kia Avella misjuqa minn tfajla kellha impatt mal-mutur tal-Aġenzija LESA.
Ir-raġel ddaħħal l-isptar għall-kura bil-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.