Uffiċjal tal-Awtorità ta’ Transport Malta ta’ 35 sena u li joqgħod Ħad-Dingli weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ dalgħodu fi Triq Sir Temi Zammit.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-uffiċjal, intlaqat minn Honda Fit misjuqa minn Taljana ta’ 60 sena residenti s-Swieqi.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.