Uffiċjal ta’ Transport Malta, ta’ 44 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, wara inċident fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa, fejn jirriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Toyota Yaris Cross, misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar, Skoda Citigo misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Tas-Sliema u mutur BMW tal-Awtorità ta’ Transport Malta.
L-uffiċjal ta’ Transport Malta ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.