Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali ssospenda b’effett immedjat membru tal-istaff tiegħu wara li saru allegazzjonijiet u ngħatat informazzjoni li tindika li din il-persuna setgħet talbet jew ħadet flus minn persuna oħra.
Il-Pulizija ntalbet minnufih tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet.Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes spjega kif fis-sigħat li għaddew ħa id-deċiżjoni li jissosspendi membru tal-istaff tiegħu mix-xogħol, immedjatament wara li rċieva allegazzjonijiet u informazzjoni li tindika li dan kiser ir-regoli ta’ mġieba stabbiliti.
Hu sostna li d’dawn l-aħħar xhur li ilu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali ra li mhux biss żied l-impetu tal-Gvern fis-settur imma wkoll li l-għajnuna tingħata lil min tassew hu verament fil-bżonn, li kull abbuż jinqata, u li l-Gvern jagħmel dak kollu possibli biex joffri dinjitá u kenn lil min m’għandux.