It-tama li jinstabu persuni ħajjin wara t-tiġrif tal-ajruplan fin-Nepal issa qed tisfaxxa fix-xejn.
Uffiċjal qal kif iċ-ċans li jinstab xi ħadd ħaj huwa wieħed vera remot hekk kif timijie tas-salvataġġ qed isibu għadd ta’ fdalijiet ta’ dawk li kienu abbord it-titjira.
Minn tal-inqas tmienja u sittin persuna tilfu ħajjithom meta titjira minn Kathmandu għall-villaġġ turistiku ta’ Pokhara ġġarrfet u ħadet in-nar il-Ħadd filgħodu.
S’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża dan l-inċident.