Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi, b’konsultazzjoni mal-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, ħatar lit-Tabiba Dr Josianne Cutajar bħala l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għal din l-awtorità. Din il-ħatra qed issir b’effett minn nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ottubru 2023.
Il-ħatra tas-CEO il-ġdida qed issir hekk kif is-CEO preżenti, Dr Mark Gauci, qed itemm il-ħatra tiegħu hekk kif laħaq l-età tal-irtirar.
Dr Josianne Cutajar hija tabiba u għandha karriera twila fil-qasam tal-immaniġġjar ta’ servizzi tas-saħħa u fil-kura tal-anzjani. Għal dawn l-aħħar għaxar snin hija kienet Uffiċjal Kap Eżekuttiv tar-residenza għall-anzjani, San Vinċenz de Paul.
Il-Ministru Zrinzo Azzopardi awgura lil Dr Cutajar għall-ħatra tagħha u rringrazzja lil Dr Mark Gauci għall-ħidma tiegħu f’din l-awtorità sa minn meta twaqqfet.