Il-Ministru Helena Dalli flimkien mal-Professur Serraccino Inglott nidew l-uffiċini l-ġodda tal-awtorità tal-mediċina.
Fid-diskors tiegħu l-Professur Seraccino Inglott spjega kif il-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru huwa eżempju ta’ iżjed kollaborazzjoni flimkien mal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili. Il-Professur stqarr li l-Kummissjoni Ewropea stess qed tirrikonoxxi x-xogħol li qed tagħmel din l-Awtorità.Huwa rringrazzja lil Malta Enterprise li kienu ta importanza kbira sabiex akkwistaw dawn l-uffiċini. Serraccino Inglott irringrazzja lill-ħaddiema tal-awtorità u stqarr li dan is-suċċess huwa riżultat tal-ħidma tagħhom.
Il-Ministru Helena Dalli spjegat kif l-awtorità tal-mediċina tul l-aħħar tlett snin irnexxielha ssir entita’ pubblika independenti. Hija faħħret inizjattivi ġodda bħal dik tal-Medicines Intelligence u Access Unit li wasslu għal tnaqqis fil-prezzijiet ta’ madwar 114 tip ta’mediċina tul l-aħħar sentejn. Il-Ministru spjegat li l-Awtorità tal-Mediċina, se tkun qed tipprova ġġib f’Malta l-aġenzija tal-Mediċina Ewropea li bħalissa tinsab f’Londra.