Uffiċċjal ta’ Transport Malta kellu jiddaħħal l-isptar għall-kura wara li aktar kmieni matul il-jum ġie aggredit waqt li kien qed jidderieġi t-traffiku biswit il-junction tal-akwadott fl-Imrieħel.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li r-raġel ġie aggredit minn madwar ħames persuni u kkawżawlu diversi ġrieħi.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan il-każ u spjegat ukoll li bħalissa l-Pulizija qed tkellem il-ħames persuni li allegatament ħebbu għar-raġel.