Bidu sfortunat għall-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia hekk kif it-tim nazzjonali Malti fl-ewwel partita tiegħu minn League D Grupp 1 tal-UEFA Nations League tilef 3 – 2 kontra l-gżejjer Faroe.
Kien Andreas Olsen li poġġa lill-avversarji fil-vantaġġ fil-25 minuta liema vantaġġ dam biss 12 il-minuta hekk kif l-attakant ta’ Hibernians F.C. Jurgen Degabriele ġab id-draw. 1 – 1 intemmet l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima t-tim Malti tjieb tant li mar għal ewwel darba fil-vantaġġ fil-72 minuta b’xutt mill-ewwel tal-captain Andrei Agius.
F’temp ta’ tliet minuti l-Gżejjer Faroe skurjaw darbtejn. L-ewwel kien Andreas Olsen li ġab id-draw u fil-90 minuta free-kick perfett ta’ Hendriksson spiċċa fix-xibka ta’ Malta.
Malta titlef 3 – 2 f’logħba li l-prestazzjoni tat-tim Malti kienet waħda inkoraġġanti.
Malta terġa tkun fl-azzjoni nhar il-Ħadd kontra l-Latvja fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Ritratt: MFA/Mark Zammit Cordina