Fit-tieni partita ta’ Grupp D2 tal-UEFA Nations League, it-tim nazzjonali Malti ġie megħlub fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali mill-Estonja f’partita li setat faċilment intemmet fid-draw ta’ 1 – 1.
Wara r-rebħa kontra San Marino l-Ħadd li għadda, t-tim Malti niżel għal din il-partita motivat li minn dan il-konfront jakkwista l-punti, liema konfront kien ikkontrollat mill-Skoċċiż Robert Adam Madden.
Malta b’ċans tad-deheb li tmur fil-vantaġġ mal-kwarta logħob meta ingħatat penalty li minnhu Teddy Teuma ra l-konklużjoni tiegħu tiġi salvata minn Karl Hein fil-lasti avversarjarji.
L-Estonja marru fil-vantaġġ fil-21 minuta b’konklużjoni tal-captain Konstantin Vassiljev li spiċċat fil-lasti Maltin. It-tim Malti naqas milli jwettaq reazzjoni bir-riżultat jibqa ma’ jinbidilx sat-tmiem l-ewwel taqsima.
It-tim Malti ħareġ aktar organizzat fit-tieni taqsima u ma’ kważi siegħa logħob Malta tagħmel l-iskor indaqs meta korner ta’ Jurgen Degabrielle spiċċa fil-lasta difiża minn Hein wara li dan salva iżda ma’ żamx it-tentattiv tal-attakant ta’ Hibernians.
Il-partita dehret li ser tintemm fid-draw ta’ 1 – 1 madankollu żball fl-aħħar mumenti wassal għat-tieni gowl tal-Estonja liema gowl kien skurjat mis-sostitut Henir Anier.
Skor Finali Malta wieħed Estonja tnejn.
Malta terġa tkun fl-azzjoni nhar il-Ħadd li ġej fit-tielet logħba minn dan il-grupp din id-darba kontra San Marino f’Ta’ Qali.
Ritratt: Domenic Aquilina