Il-Ħadd Malta kienet impenjata bit-tielet partita minn League D tal-UEFA Nations League fejn fl-Stadium Nazzjonali f’Ta Qali Malta għelbet lill-San Marino bl-iskor ta 1-0.
Din il-partita kienet ikkontrollata mir-referi Olandiż Dennis Higler.
Qabel il-logħba kienet osservata minuta ta’ silenzju b’rispett lejn l-ex kit manager tat-tim nazzjonali Malti Mark Piscopo li ħalla din d-dinja nhar il-Ġimgħa.
Wara taqsima mingħajr gowls t-tim Malti fetaħ l-iskor fil-ħamsin minuta meta kien kross tajjeb ta’ Ryan Camenzuli, Zach Muscat b’daqqa ta’ ras b’saħħitha tefa’ il-ballun fix–xibka u għeleb lill-goalkeeper ta’ San Marino Elia Benedettini.
Tlieta u sittin minuta u t-tim Malti reġa tefa l-ballun fix-xibka permezz ta’ Luke Montebello, gowl li iżda tħassar bil-VAR wara li l-attakant Malti deher f’pużizzjoni r-regolari.
B’din r-rebħa Malta issa għanda total ta’ sitt punti, l-istess ammont ta’ punti daqs l-Estonja, b’dawn tal-aħħar iżda lagħbu partita anqas.
Malta issa terġa’ tkun fl-azzjoni bl-aħħar impenn f’din l-kompetizzjoni f’Settembru li ġej, barra minn xtutna kontra l-Estonja.
Skor Finali: Malta 1-0 San Marino
Ritratt: Domenic Aquilina