Valletta FC ser jilagħbu kontra KF Kukesi tal-Albanija hekk kif illum fil-kwartieri tal-UEFA f’Nyon l-Svizzera telgħu l-poloz tal-fażi ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Champions League. L-ewwel leg ser tintlagħab fl-Albanija fl-10 jew il-11 ta’ Lulju bit-tieni leg ser tintlagħab f’pajjiżna ġimgħa wara, 17 jew 18 ta’ Lulju.
Jekk Valletta FC jirnexxilhom jikkwalfikaw jilagħbu kontra r-rebbieħ tal-konfront bejn Olimpija Ljubljana tas-Slovenja jew Qarabag tal-Azerbaijan. Il-logħbiet minn dan it-tieni rawnd jintlagħabu bejn 24 / 25 ta’ Lulju u 31 ta’ Lulju / 1 ta’ Awwissu.
F’każ li Valletta FC jiġu eliminati, jilaghabu fit-tieni rawnd tal-fażi ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.