Iċ-ċampjins Maltin Hibernians FC ġew megħluba u eliminati fit-tieni leg tat-tielet rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa Conference League meta fic-Centenary Stadium ġew megħluba 3 – 1 minn FK Rigas Futbola Skola.
It-tim ta’ Raħal Ġdid kellu prestazzjoni tajba bil-partita setgħet tmur fuq kull naħa minkejja r-riżultat jista jagħti stampa differenti.
It-tim mil-Latvja mar fil-vantaġġ eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima meta r-referee saffret għal penalty diskuttibli ferm meta d-difensur ta’ Hibernians Gonzalo Llerna deher jtajjar l-ballun l-ewwel qabel twaqqa Mares iżda r-referee ra mod ieħor. Mill-11 il-metru lis-stess Mares ma’ falliex u għamel l-skor 1 – 0.
It-tim immexxi minn Andrea Pisanu ħarġu aggressivi fit-tieni taqsima fit-tentattiv li jġibu l-gowl tad-draw u għoxrin minuta mit-tmiem ir-referree Kateryna Monzul mill-Federazzjoni tal-Ukrajna orndat penalty favur tal-pagun li minnhu Jake Grech ma’ falliex.
Seba’ minuti wara Ilic jerġa jpoġġi lit-tim mill-Latvja 2 – 1 fil-vantaġġ bl-stess plejer jiskorja t-tielet gowl tal-avversarji tlett minuti mit-tmiem għal aggregate ta ‘ 4 – 2.
Ritratt: Hibernians FC media