Prestazzjoni sodisfaċenti ma’ kienitx biżżejjed biex Gżira United jegħlbu lill-FC Viktoria Plzen fit-tieni leg tat-tielet rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League biex b’hekk temmew l-avventura Ewropeja tagħhom.
It-tim Ċek rebaħ 2 – 0 it-tieni leg biex b’aggregate ta’ 6 – 0 kwalfika għal fażi li jmiss.
Fl-ewwel taqsima Gżira United kienu fil-kontroll ta’ kull sitwazzjoni tant li fil-36 minuta għal ftit ma’ marrux fil-vantaġġ b’konklużjoni sabiħa ta’ Lucas Macula li ġiet salvata f’corner.
Fit-tieni taqsima FC Viktoria Plzen skorjaw darbtejn biex qatlu kull tama li Gżira jieħdu xi ħaġa mill-partita.
Wara minuta logħob fit-tieni 45 minuta, FC Viktoria Plzen marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Ibrahim Traore.
Fil-70 minuta Adam Vlkanova b’xutt diagonali għamel l-iskor 2 – 0, liema skor kien dak finali.
Ritratt: Gzira United FC Media