L-Erbgħa filgħaxija Gżira United irnexxilhom jikkwalifikaw għat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Ewropa Conference League meta barra mill-pajjiż huma ġew megħluba 2 – 1 minn F91 Dudelange tal-Lussemburgu madanakollu kwalfikaw b’aggregate ta’ 3 – 2.
Fl-ewwel leg Gżira rebħu 2 – 0 f’Ta’ Qali biex għalhekk bdew bħala l-favoriti li jikkwalifikaw minkejja li f’xi ħinijiet il-partita dehret li tista tmur għal ħin barrani.
Samir Hadji poġġa lil Dudelange fil-vantaġġ seba minuti mit-tmiem l-ewwel taqsima biex l-maroons daħlu jistrieħu f’żvantaġġ ta’ 1 – 0. Gżira baqgħu jikkontrollaw s-sitwazzjoni kważi sal-aħħar iżda l-awtur tal-ewwel gowl, Hadji, bir-ras skorja t-tnejn b’xejn biex f’dan il-mument l-aggregate sar dak ta’ 2 – 2.
Gżira, immexxija mill-kowċ Darren Abdilla, wetqu reazzjoni tajba tant li tlett minuti wara skorjaw dak li prattikament kellu jkun il-gowl ta’ kwalifikazzjoni skorjat mill-brażiljan Jose Wilkson Teixeira Rocha.
Dan ir-riżultat bla dubju jitqies bħala wieħed importanti ħafna għal Gżira fejn minkejja li tilfu bosta plejers importanti fl-aħħar ġimgħat, xorta irnexxilhom jibnu skwadra kompetittiva li biha s’issa kwalfikaw minn żewġ rawnds ta’ din il-kompetizzjoni.
Ritratt: DT Photos / Andrew Cohen