Il-Ħamis filgħaxija fic-Centenary Stadium Gżira United ġew imċaħda minn rebħa ta’ 2 – 1 minn Radnicki Nis tas-Serbja fl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League.
Kienu s-Serbi li marru fil-vantaġġ fil-28 minuta permezz ta’ Nikola Stulic liema gowl vantaġġ baqaw jgawduħ sat-tmiem l-ewwel taqsima.
Gżira ħarġu aggressivi fit-tieni taqsima u f’temp ta’ ħames minuti dawru r-riżultat favur tagħhom. Maxuell Maia għamel l-iskor 1 – 1 fil-56 minuta u mas-siegħa logħob il-maroons ingħataw penalty għal foul fuq Marcelo Dias. Maia mill-11 il-metru ma falliex u għamel l-iskor 2 – 1.
Kollox deher li Gżira ħa joħorġu rebbieħa iżda fil-92 minuta Radnicki Nis ġabu l-gowl tad-draw permezz ta’ Maka Gakou għal skor finali ta’ 2 – 2.
It-tieni leg tintlagħab bħal lum ġimgħa fis-Serbja.
Ritratt: Gżira FC Media