Gżira United jikkwalifikaw għal ewwel darba fl-storja tal-klabb għat-tielet rawnd ta’ kompetizzjoni Ewropeja meta l-Ħamis fil-għaxija fil-Gradski Stadion Cair huma għelbu lill-FK Radnicki Nis tas-Serbia fit-tieni leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League wara li l-partita kellha tmur għal ħin barrani u saħansitra għal penalties.
FK Radnicki Nis fil-vantaġġ fil-15 il-minuta permezz ta’ Tolordava, gowl vantaġġ li dam biss sekondi għaliex is-solitu Jefferson De Assis ma’ falliex mal-ewwel opportunita li kellu sabiex iġib il-gowl tad-draw bl-skor sat-tmiem l-ewwel taqsima jibqa’ dak ta’ 1 – 1.
Sava Petrov fil-77 minuta reġaw poġġa lit-tim mis-Serbja fil-vantaġġ għal 2 – 1. Il-partita dehret li ser tintemm b’dan ir-riżultat iżda mill-ġdid Jefferson De Assis reġa sab ix-xibka fil-102 minuta biex l-skor sar 2 – 2 u għalhekk il-partita kellha tmur għal ħin barrani.
Fl-ewwel taqsima tal-ħin barrani Pejovic minn penalty reġa poġġa lis-Serbi fil-vantaġġ għal 3 – 2 iżda l-maroons baqaw sal-aħħar jissiltu u ta’ dan ġew ippremjati għaliex fil-117 il-minuta reġaw ġabu d-draw din id-darba permezz ta’ Maxuell Maia għal aggregate ta’ 5 – 5 sat-tmiem il-ħin barrani.
Il-partita kellha għalhekk tmur għal penalties bit-tim tal-Gzira jiskorjaw tlett penalties filwaqt li l-avversarji fallew tlett penalties u skorjaw wieħed bit-tim tal-Gżira jikteb l-storja tal-klabb u jagħdi għar-rawnd li jmiss. Il-penalties ta’ Gżira ġew skorjati minn Maxuell Maia, Jackson Mendoza u Steve Pisani.
Skor Finali ta’ 6 – 4 favur Gżira wara l-għoti tal-penalties.
Fit-tielet rawnd Gżira ser jiltaqaw kontra Wolfsberger tal-Awstrija.
Ritratt: MFA