Il-Ħamis filgħaxija Gżira United kienu impenjati bl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Europa Conference League fejn fic-Centenary Stadium huma irnexxilhom jiksbu rebħa importanti ta’ 2-0 kontra Dudelange tal-Lussemburgu.
Din il-partita kienet ikkontrollata mir-referi mir-Repubblika Ċeka, Tomas Klima.
L-ewwel taqsima offriet ħafna logħob f’nofs il-ground fejn ma kienet innotata ebda azzjoni denja ta’ nota biż-żewġ timijiet kienu ferm attenti u jistudjaw sew s-sistema ta’ xulxin.
L-ewwel taqsima intemmet fid-draw ta’ 0-0.
Fit-tieni taqsima Gżira United bdew tajjeb ħafna u propju fl-54 minuta huma irnexxilhom jiftħu l-iskor meta kienet ħarba tajba tal-plejer Lucas Macula li wara li-avvanza għeleb lill-goalkepeer avversarju u tefa’ l-ballun fix-xibka biex għamel l-iskor 1-0.
Sitt minuti wara u l-partita kompliet tiġi aktar għat-tela’ għat- tim ta’ Dudelange dan hekk kif huma spiċċaw jilgħabu b’plejer anqas meta tkeċċa għalihom Yahcuroo Roemer wara li kien muri t-tieni karta safra.
Ma’ kważi 80 minuta logħob Gżira United żiedu gowl ieħor hekk kif din d-darba kien Thiago Espindola li ipprovda l-kross li ntemm għand Zachary Scerri li b’xutt mill-isbaħ għar-rokna għeleb lill-goalkeeper Didier Desprez.
Wara din r-rebħa hekk importanti l-impenn li jmiss għat-tim imexxi mil-kowċ Darren Abdilla ser kontra l-istess Dudelange fit-tieni leg, fejn wara r-riżultat ta’ llum Gżira United ser ikun qed jibdew bħala l-favoriti netti li jaqtgħu passaġġ għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa Conference League.