Għadd ta’ żgħażagħ ingħaqdu ma’ persuni li ilhom jagħtu l-kontribut tagħhom lill-Partit Laburista, u lkoll indirrizaw l-għeluq tal-Konferenza Ġenerali, il-Ħadd filgħodu.
Fost dawk li qasmu l-ħsibijiet tagħhom kien hemm l-atleta ta’ Special Olympics Malta u kandidat Laburista, Gilmour Borg li tkellem dwar l-importanza li wieħed ikun parteċipi fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju biex jagħmel differenza.
“Ejja nkunu aħna li nsaħħu dan it-tim, ejja nkunu aħna li bħala tim wieħed inkunu aktar inklussivi, ejja nkunu aħna flimkien mal-Prim Ministru tal-poplu Malti Robert Abela u nkomplu nsaħħu Malta tagħna.”
Michaela Vassallo, li hija r-rappreżentanta tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fil-Youth Advisory Forum, faħħret l-inizjattivi ta’ Gvern Laburista li jħeġġu l-parteċipazzjoni żagħżugħa fil-politika, fosthom il-Vot16 u t-twaqqif tal-forum li tagħmel parti minnu hi.
“Ħa noħroġ nivvota għaliex ma rridx li ma nkunx irrappreżentata kif xieraq fi Brussell, ħa nivvota għaliex il-vot tiegħi u tagħkom huwa fritt fundamentali li jaqdi dmir ċiviku tagħna lkoll u jsaħħaħil-prinċipji demokratiċi tagħna. Ħa nivvota għaliex irrid li jiġu eletti kandidati li jżommu lil Malta bħala prijorità. Għalhekk ħa nivvota.”
Mariah Meli, omm żagħżugħa li għadha qed tistudja u kandidata Laburista, ukoll tefgħet ħarsitha fuq l-appuntament elettorali li ġej.
“Xi rridu politika tal-passat jew politika tal-futur, irridu politika tal-inċentiv jew politika tal-awsterità. Lil min irridu li jmexxina ‘l quddiem. L-għażla hija ċara, Maltin u Għawdxin flimkien magħqudin biex nibqgħu nsaħħu lil Malta tagħna.”
L-eks Deputat Prim Ministru, Louis Grech, kien ukoll fost dawk li ndirizza din il-konferenza u nnota kif bħalissa l-Unjoni Ewropea għaddejja minn tibdil kosiderevoli.
“Il-paċi qed tiġi mhedda u ta’ min ifakkar li waħda mill-akbar kisbiet tal-Unjoni u l-popli tagħha japprezzaw kienet kienet il-paċi fl-Ewropa f’dawn l-aħħar sebgħin sena dawn ix-xenarji għandhom ratifikazzjonijiet kbar fil-ħajja ta’ kuljum tal-Maltin u l-Għawdxin għalhekk f’Ġunju li ġej irridu nagħmlu l-aħjar għażla għal pajjiżna u nagħżlu lill-Partit Laburista.”
Charles Mangion, eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista aċċenna kif il-vot fl-elezzjonijiet li ġejjin jissarraf ukoll f’vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tal-pajjiż. Hu ta ħarsa lejn il-kisbiet ta’ Gvern Laburista tul is-snin.
“F’għaxar snin taf li l-familji u n-negozji Maltin ħadu f’idejhom tmien mitt miljun, tgħidu kif ħadnihom. Frankajtuhom fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-fjuwil, tmien mitt miljun. Is-soluzzjoni ta’ ħaddieħor taf x’kienet ħalli s-suq imbagħad iħallsu n-nies.”