Il-kumpanija Uber se tkun qed tipprovdi vjaġġi bla ħlas bejn il-fruntiera Ukrajna u bliet Pollakki.
Dan qed tagħmlu bħala appoġġ għall-poplu Ukren li qed ifittex refuġju ‘l barra mill-Ukrajna.
Apparti minn vjaġġi b’xejn lir-refuġjati, Uber se tkun qed toffri trasport b’xejn biex jitqassmu l-kunsinni f’imħażen ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed jassistu b’għajnuna umanitarja.
Kif ukoll se ssir buttuna biex Amerikani li jagħmlu użu minn din l-app jkunu jistgħu jagħtu donazzjonijiet lill-Kumitat Internazzjonali ta’ Salvataġġ.