Mill-Ħamis li ġej u kull nhar ta’ Ħamis fid-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija, ONE se jibda jixxandar programm ġdid bl-isem ta’ ‘U_Talk’.
Dan hu programm li se jagħti spazju liż-żgħażagħ biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar diversi suġġetti, li jolqtuhom direttament.
Tkellimna mal-preżentaturi tal-programm, Trisianne Oliva u Karl Schembri, li tawna togħma dwar xiex se nkunu qed nistennew.
“U_Talk huwa programm ġdid miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ. Se jibda jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-8:45 p.m. Bażikament se jkollna udjenza u tliet panelists f’kull programm. U f’kull programm se nkunu qed nitkellmu suġġett ġdid li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jirrelataw miegħu.”
Trisianne Olica, Preżentatriċi
“Bażikament, se nitkellmu dwar l-effett tas-social media fuq iż-żgħażagħ, fuq fejn qed iwassluna l-isport u l-edukazzjoni f’Malta vis-a-vis iż-żgħażagħ, kif ukoll, pereżempju, l-involviment tal-youths in politics u l-involviment tal-attiviżmu studentesk. Tajjeb li nsemmu li dan il-programm se jkun fuq suġġetti li verament jinteressaw liż-żgħażagħ. Se jkun maħdum minn postijiet fejn jiffrekwentaw iż-żgħażagħ.”
Karl Schembri, Preżentatur
Wieħed se jkun jista’ jsegwi wkoll aġġornamenti spissi dwar dan il-programm permezz tal-midja soċjali.