Donald Trump, elett mill-poplu għal President tal-Istati Uniti, qal li lest jikkonsidra mill-ġdid waħda mill-wiegħdiet elettorali ewlenin tiegħu, dik li jneħħi l-“Obamacare”. Din hija polza dwar il-kura tas-saħħa introdotta mill-President Barack Obama fl-2010.
Trump qal li se jibqa jipprojbixxi lil min joħroġ l-assigurazzjoni milli jiċħdu servizz għal kundizzjonijiet diġa’ eżistenti. Huwa qal lil-Wall Street Journali li jiffavorixxi wkoll li żgħżażgħ ikunu assigurati fuq il-polza tal-ġenituri tagħhom.
Fi kliem Trump: “I like those very much”.
Wara li tkellem ma’ Obama nhar il-Ħamis, Trump qal li ikkonsidra mill-ġdid l-intenzjoni tiegħu li jbiddel kompletment dik li formalment tissajjeħ l-“Affordable Care Act”.
Mistoqsi hux se jimpimenta l-wiegħda li jqabbad prosekutur speqjali jinvestiga l-emails tar-rivali Demokratika Hillary Clinton, Trump qal li din mhix xi ħaġa li ħaseb wisq dwarha, għax jinsab aktar impenjat isolvi problemi relatati mas-saħħa, l-impjiegi, il-kontroll fil-fruntiera u riformi fit-taxxi.