Lanqas kienu għadhom għaddew sagħtejn mill-inawgurazzjoni tal-binja l-ġdida tal-Kunsill Lokali tal-Belt u ċ-Ċentru Ċiviku li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius ma bidilx fehmtu dwar dan l-izvilupp.
Waqt li fl-inawgurazzjoni Agius sejjaħ dan il-proġett suċċess mentri sagħtejn wara ħarġet stqarrija tattaka lill-Gvern dwar l-investiment li għamel f’din il-binja storika li se tkun qed taqdi aħjar ir-residenti Beltin.
Agius kien preżenti għall-inawgurazzjoni ta’ din il-binja li bdiet tilqa’ fiha l-uffiċini tal-kunsill lokali tal-Belt wara investment ta’ tlett mitt elf ewro. Dan wara li l-Gvern xtara lura din il-binja storika fil-Belt biex taha lura lill-komunità. Waqt l-inawgurazzjoni, Agius qal li l-proġett minn minn wieħed kontroversja inbidel f’suċċess u faħħar il-mod li bih il-Gvern qed jagħmel il-politika tiegħu.
Madankollu dan it-ton pożittiv għeb f’kemm trodd salib. Sagħtejn wara l-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija ffirmata minn David Agius stess fejn maqqdret dan il-proġett. L-istqarrija saħansitra qalet l-Partit Nazzjonalista kien, għadu u se jibqa’ kontra dan il-proġett li wassal biex il-komunità Beltija llum għandha kunsill lokali u berġa tas-saħħa li jixirqilha fil-qalba tal-kapitali.