Propja dan il-mument f’nofs il-lejl bdiet ir-rebbiegħa. Dan l-istaġun jibda mat-tokki ta’ nofs il-lejl tal-jum il-21 ta’ Marzu u jispiċċa fl-20 ta’ Ġunju.
Kos kif itir iż-żmien…wara jiġi s-sajf; staġun li wkoll huwa tant mistenni.
Fir-rebbiegħa jkun hawn fjuri ta’ kull tip u s-siġar jibdew jagħmlu ż-żgħar. F’dan l-istaġun il-ġranet jibdew jitwalu u l-lejl jibda jiqsar. It-temp jisħon u ma nibqgħux nilbsu ħwejjeġ ħoxnin daqstant, għalkemm illum it-temp m’għadekx toħodlu kopja kif jgħid il-Malti.
Fost ċelebrazzjonijiet li jkollna f’dan l-istaġun nsibu l-Għid il-kbir li jiġi fir-rebbiegħa kif ukoll Jum l-Omm u Jum il-Missier ukoll.