Ikompli joħroġ biċ-ċar li d-deputati tal-Oppożizzjoni nqabdu ma ma jafux x’se jaqbdu jgħidu fuq il-proposta tal-Partit tagħhom stess, li trid twaqqaf u tillimita lil dawk li jikru l-proprjetà tagħhom.
Proposta li toħroġ mill-pre-budget document tal-Partit Nazzjonalista trid li jkun hemm limitu fuq kemm ġranet fis-sena għandhom isiru dawn il-kirjiet.
Quddiem il-Parlament, staqsejna lill-eks Viċi Kap Nazzjonalista David Agius, li tant ma kienx jaf dwar din il-proposta tal-Partit tiegħu stess, li l-ġurnalist spiċċa jaqralu kelma b’kelma dak li kien hemm miktub fuq id-dokument.
Ġurnalist: “Fil-Pre-Budget Document li ġie llikjat lill-Partit Laburista ntqal li l-Partit Nazzjonalista ħa jkun qed iwaqqaf il-kirjiet. Xi tgħidli dwar dan?”
David Agius: “Qegħda hawnhekk miktuba?”
Ġurnalist: “Mela nista’ naqrahielek – ‘Limit on Rental Days: Establish a maximum number of days a property can be rented out per year to limit the impact on local neighbourhoods’.”
David Agius: “Eħe, xi tfisser?”
Ippressat, David Agius ipprova jġib fix-xejn u jwaqqa’ għaċ-ċajt il-mistoqsija li għamilna.
Ġurnalist: “Jiġifieri ma nistax nagħmel mistoqsija fuqha?”
David Agius: “U ija. Dik l-ikbar problema li għandna?”
L-istess bħalu għamel Ivan Bartolo li, viżibilment skomdu, kien ħa d-dokument minn idejn il-ġurnalist u beda jxejru ’l hemm u ’l hawn u jgħidilna li m’għandux għalfejn jagħtina risposta x’se jagħmel il-Partit Nazzjonalista.
Bartolo: “M’għandix għalfejn nagħtik risposta, m’għandix għalfejn”.
Deputat Nazzjonalista, Ivan Bartolo