In-negozjant tal-kiri tal-karozzi, Tyson Grech ta’ 26 sena mill-Isla inħeles mill-arrest wara li kien mixli li flimkien ma’ ħames persuni oħrajn, heddew u ħatfu minn quddiem il-garaxx tiegħu, lill-mekkanik Carlos Schembri.
Grech ġie ordnat iżomm ’l bogħod minn Schembri u ngħata ngħata l-ħelsien fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €5,000.