Twitter se jkun qed jiprijbixxi reklmar politiċi, qalu li l-firxa tal-messaġġi politiċi għandhom jinfirxu b’mod organiku u mhux bi ħlas. Il-Kap Eżekuttiv Jack Dorsey qal li minkejja li r-reklamar fuq l-internet huwa b’saħħtu u effettiv għal min jirreklama prodotti kummerċjali, l-istess l-effett iġib riskji sinifikanti għall-messaġġi politiċi. Din il-projbizzjoni se tkun infurzata mit-22 ta’ Novembru, b’aktar dettalji se jiġu ppublikati sal-15 ta’ Novembru.
Riċentament, Facebook eskluda projbizzjoni fuq reklami politiċi, bil-fundatur, Mark Zuckerberg, sostna li ma jarax li kumpaniji privati għandhom jiċċensuraw lill-politiċi jew l-aħbarijiet.
Il-maniġer tal-kampanja ta’ Trump għall-elezzjoni Presidenzjali 2020, Brad Parscale, qal li din il-projbizzjoni hija attentat ieħor mix-xellug biex issiktu lill-President Amerikan Donald Trump u l-konservattivi. Minn naħa l-oħra, il-kelliem għall-kampanja ta’ Joe Biden, Bill Russo, qal illi din il-mossa saħħaħ id-demokrazija fil-politika.