Twitter se jkun qed ifittex legalment lil Elon Musk, wara li tal-aħħar qal li mhux se jipproċedi bix-xiri ta’ Twitter. F’April li għadda, l-ogħna persuna fid-dinja, kien għamel offerta ta’ $44 biljun biex jixtri s-sit soċjali Twitter.
Jidher iżda, li dan il-pjan twaqqaf hekk kif skontu, Twitter ma tahx biżejjed informazzjoni fuq profili foloz fost oħrajn.
Intant, Twitter talab lill-qorti tad-Delaware biex Musk jibqa’ għaddej bil-pjan tiegħu, jiġifieri, jixtri l-ishma ta’ Twitter fuq il-prezz maqbul ta’ $54.20 għal kull sehem.
Twitter għamel għadd ta’ akkużi fil-konfront ta’ Elon Musk, fosthom li kiser il-ftehim maqbul. Fil-fatt, iċ-Chairman tas-sit soċjali qal li Musk għandu r-responsabbilità li jonora l-obbligi kuntrattwali tiegħu.