L-awtoritajiet Ġappuniżi ħarġu twissijiet maġġuri marbuta ma’ tsunami li jista’ jaħkem lill-pajjiż wara li fl-aħħar sigħat terremot ta’ sebgħa punt sitta fuq l-iskala richter.
Skont l-aġenzija meteoroloġika Ġappuniża, dan it-terremot kien l-akbar wieħed għal Penninżula ta’ Noto f’ Ishikawa minn kemm ilha tittieħed l-informazzjoni li tmur lura għall-1885.
Fid-dawl ta’ dan kollu t-twissijiet maħruġa mill-awtoritajiet huma l-aktar serji sa minn Marzu tal-2011, meta l-pajjiż kien intlaqat minn wieħed mill-akbar terremoti.
L-awtoritajiet fil-fatt qegħdin iwissu li l-mewġ ta’ tsunami jista’ jkun għoli sa ħames metri għalkemm dawk li bdew jiġu rraputati għadhom ma laħqux dan l-għoli.
Dan kollu qiegħed iwassal biex eluf ta’ persuni jevakwaw irwieħhom għall-postijiet aktar siguri. Sfortunatament, numru ta’ persuni spiċċaw maqbuda taħt it-tifrik kawża tat-terremot skont kelliem għall-Gvern Ġappuniż.