Fl-Italja, twissija ħamra fir-reġjuni ta’ Toscana u Emilia-Romagna, hekk kif dawn ir-reġjuni ntlaqtu minn ammont sostanzjali ta’ xita fil-jum tal-Ġimgħa.
B’riżultat ta’ dan, bosta bliet, inkluż Pisa u Firenze, esperjenzaw numru ta’ ħsarat u għargħar estensiv.
Ix-xita f’Toscana kienet mistennija tibqa’ għaddejja matul dan il-lejl, filwaqt li fil-belt ta’ Bologna, ir-residenti li joqogħdu fis-sulari t’isfel kienu mħeġġa jevakwaw darhom sas-7 ta’ filgħodu tal-jum tal-Ħadd.
Safrattant, bosta pontijiet ingħalqu bħala prekawzjoni, u f’Castello di Signa spiċċa ġġarraf ħajt minħabba x-xita qalila.
Intant, il-President tar-reġjun ta’ Sardenja, Alessandra Todde, offriet l-għajnuna tagħha permezz ta’ ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.