L-awtoritijiet tas-saħħa Maltin wissew lil dawk li se jivvaġġjaw lejn il-Congo wara li xjentifikament żewġ persuni ħareġ li għandhom il-virus tal-Ebola. Dan il-virus instab ġewwa l-villaġġ ta’ Bikoro ġewwa l-Congo, fiż-żona viċin l-Ekwatur.
L-awtoritajiet Maltin qegħdin jaraw b’dak kollu li qed jiġri, waqt li jimxu fuq il-miżuri tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-Kummissjoni Ewropea.
L-awtoritajiet Maltin appellaw li ħadd m’għandu jsiefer fiż-żona msemmija, waqt li dawk li għal xi raġuni se jkunu qegħdin immorru fil-post imsemmi għandhom jieħdu ċerti prekwazzjonijiet. Il-prekwazzjonijiet huma li:
- Jevitaw kuntatt dirett ma’ demm jew fluwidu ieħor ta’ persuna;
- Jevitaw kuntatt mal-annimali u li jikkonsmaw ‘bushmeat’;
- Jevitaw kuntatt dirett sesswali;
- Jippratikaw kollox skont l-iġjene.
Jekk persuna li kienu f’dan il-post imsemmi f’dawn l-aħħar 21 ġurnata u qed għandu sintomi bħal riħ, uġiegħ ta’ ras, diarrhoea, uġiegħ ta’ żaqq, għajnejn ħomor u sintomi oħra, għandu jagħmel kuntatt mal-awtorità tas-saħħa fuq in-numru 21324086.