L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu dwar xorb tal-lumi tad-ditta Piacelli Citrilemon, minħabba li wara li saru iktar investigazzjonijiet, instab li imsemmi prodott fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.