Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba kontaminazzjoni bl-aflatossini.
L-aflatossini huma prodotti primarjament minn żewġ speċi tal-fungu ‘Aspergillus’ li jinsabu speċjalment f’żoni bi klimi sħan u umdi. Dawn jinstabu fl-ikel bħala riżultat ta’ kontaminazzjoni mill-fungi, kemm qabel kif ukoll wara l-ħsad. It-temperatura, l-umdità, il-ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-ħażna kollha jaffettwaw ir-rata u l-grad ta’ kontaminazzjoni. L-aflatossini jistgħu jikkawżaw varjetà ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Deskrizzjoni tal-prodott: | Żerriegħa tal-popcorn | ||
Dittà: | Your Organic Nature | ||
Data tad-durabbilità: | 19/12/2024 | ||
Lott: | 2353160 | ||
Użin: | 400g |