Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli eċċessivi ta’ jodju (iodine).
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-jodju huwa mikronutrijent essenzjali għall-produzzjoni tal-ormoni tat-tirojde. Filwaqt li l-konsum ta’ ikel b’ammont baxx ta’ jodju huwa mportanti fid-dieta, konsum eċċessiv jista’ jikkawża problemi serji fil-glandola tat-tirojde.