Aktar kmieni fil-Ġappun inħarġet twissija ta’ tsunami wara li terremot ta’ sebgħa punt wieħed fuq l-iskala Richter ġie rreġistrat ‘l barra mill-kosta ta’ Kyushu f’fond ta’ tletin kilometru.
It-twissija qed tantiċipa mewġ ta’ madwar metru għoli fl-aktar postijiet qrib fejn seħħ it-terremot, hekk kif diġà deher mewġ ta’ ħamsin ċentimetru qrib il-kosta, ftit wara t-terremot.
Il-Ġappun jinsab f’dak li hu magħruf bħala “iċ-ċirku tan-nar” tal-Paċifiku għall-ammont konsiderevoli ta’ terremoti li jseħħu fir-reġjun.
Fl-2011, il-Ġappun kien milqut mill-aktar terremot qawwi li qatt ġie rrekordjat b’saħħa ta’ disgħa punt wieħed fuq l-iskala Richter u li ġġenera mewġ, f’tsunami li segwa, li laħqu l-erbgħin metru u nofs.
Il-vittmi laħħqu l-għoxrin elf persuna filwaqt li elfejn u ħames mija oħra għadhom ma nstabux sal-lum il-ġurnata.