Terremot b’qawwa ta’ 7.5 fuq l-iskala Richter laqat qrib New Caledonia fil-Paċifiku. Wara li sar dan, ħarġet twissija ta’ tsunami għal kosti f’distanza ta’ 1,000km.
It-terremot seħħ f’fond ta’ 10km għall-ħabta tal-04:15, bl-epiċentru tiegħu mal-168 km lejn il-Lvant tal-belt Tadine.
Qiegħed ikun irrapurtat li r-residenti f’New Caledonia irċivew messaġġi jgħidulhom biex imorru immedjatament fix-xelters.
F’Ottubru li għadda, tsunami f’Palu l-Indonesja wara terremot ta’ 7.5 fuq l-iskala richter ħalla aktar minn 1,000 persuna mejta.