Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ twissija dwar jogurt tat-tfal bit-togħma tal-lanġas hekk kif dan m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għall-glutina peress li nstab li fih il-glutina mhux iddikkjarat fuq it-tikketta.
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Jogurt tat-tfal bit-togħma tal-lanġas |
Isem tal-Prodott: | Teddi Yogurt Kids Bio – Pera |
Ditta: | Fattoria Scaldasole |
Numru tal-Lott: | L.171019 |
Data tad-Durabbilità: | 19/10/2017 |
Il-Kumpanija nvoluta ddikjarat li parti żgħira mill-konsenja laħqet inbiegħet, għaldaqstant id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jewjibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.