L-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta qed joħroġ twissija ta’ riħ qawwi mill-Punent Majjistru li ser ikun qawwi fuq il-gżejjer Maltin.
Ir-riħ se ikun qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel sa filgħaxija, bit-twissija tibqa’ fis-seħħ sad-9:00pm, biċ-ċans li tiġġedded aktar matul il-jum.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-riħ se jkun mill-Punent forza 5 għal 6 li jsir Punent Majjistru forza 6, lokalment forza 7 sa filgħaxija, u jdur mill-Majjistral forza 8 mal-lejl.