Il-kumpanija Gozo Channel qed tavża li minħabba l-maltemp bejn illum u għada jistgħu jitħassru xi vjaġġi.
Bħalissa l-vapuri qed jgħaddu minn wara Kemmuna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan hekk kif bħalissa l-gżejjer Maltin qed jintlaqtu minn riħ qawwi u huwa prevvist li f’xi waqtiet jilħaq il-qawwa ta’ riefnu.
Kawża ta’ dan twaqqfu is-servizzi tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex, u anke l-katamaran bejn Malta u Sqallija.