It-twissija ta’ riħ qawwi ġiet estiża sas-19.00pm tal-lejla. L-Uffiċju Meterjoloġiku qed ibassar li r-riħ se jkun Majjistrali it-Tramuntana Forza 5 għal 6, lokalment forza 6 għal 7, li jsir forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6.
L-ogħla temperatura għal illum se tkun ta’ 17-il grad celcius u l-inqas mistennija tinżel għal 9 gradi celcius.
Fil-previżjoni tat-temp qed jiġi mbassar li matul il-ġurnata tal-Ħadd se jkollna temp xemxi iżda r-riħ se jkompli jippersisti hekk kif se jkun Forz 6 li jsir forza 4 għal 5 lokalment.
Għalhekk wieħed għandu jevita li jipparkja fejn il-baħar.