L-Uffiċju Meterjoloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi għal tul il-ġurnata tat-Tlieta, twissija li hija valida sad-disgħa ta’ filgħaxija. Ir-riħ mill-Punent Majjistru mistenni li jkun lokalment qawwi ħafna f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.
Din it-twissija mistennija tiġġedded hekk kif it-tbassir għal għada huwa li jerġa’ jkollna riħ qawwi ħafna.
It-temperatura bħalissa tinħass 15-il grad celcius b’ħalbiet tax-xita f’xi inħawi u mistennija tinżel għal 11-il grad celcius.