Ftit tal-ħin ilu ktibna li numru ta’ nies kellhom jingħataw l-għajnuna wara li ġibidhom il-baħar tad-Dwejra.
Il-baħar jidher qawwi wkoll f’Marsalforn, fejn saħansitra tela’ fuq l-art u għatta t-triq kompletament.
L-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riefnu sa 50 mil nawtiku madwar Malta. Ir-riħ huwa mill-punent forza 6 għal 7, lokalment forza 7 għal riefnu forza 8, u se jdur mill-Majjistral forza 6 jew 7 filgħaxija. Il-baħar bħalissa huwa qawwi li jsir qawwi ħafna, bl-imbatt baxx mill-Majjistral li jsir baxx mill-punent sa llejla.
Għada ikkonfermat li mistenni li jinżel is-silġ.
Dawn huwa ritratti mill-Belt Valletta