Maltempata bir-ragħad mistennija tgħaddi minn fuq pajjiżna iktar tard illum. Is-sit FirstMalta.com qal dan fi stqarrija, fejn ikkonferma li l-iktar ħin li fih hemm ċans ta’ maltemp huwa bejn is-14:00 u 00:00.
Kien spjegat li maltempata li qed tifforma fuq iċ-ċentru tal-Mediterran qed tersaq lejn Malta minħabba nuqqas ta’ stabbiltà fl-arja.
FirstMalta.com qal ukoll li l-European Storm Forecast, l-ESTOFEX, qalu li ċ-ċans ta’ Maltemp fuq Malta huwa kbir.
Minħabba r-riħ qawwi li qed jgħaddi minn fuq Malta anke bħalissa, sewwieqa huma mwissija biex ma jipparkjawx viċin tal-kosta, biswit siġar, jew ħitan.